Top Songs By The Travellers
Credits
PERFORMING ARTISTS
The Travellers
Performer
COMPOSITION & LYRICS
Andrew Vella
Songwriter
Lyrics
Waqt li nara s-skiet tal-lejl nagħfas idi biex inħoss idejk,
Insikket qalbi biex nisma’ l-kwiet
U nħares dritt ġewwa għajnejk, il-baħar ikkalma lixx daqs żejt
U nneħħi d-dmugħ minn fuq xufftejk.
L-imħabba kelma kbira wisq, definizzjoni ma ssibilhiex iżda għalija hija int,
Xejn ma jżommni li ta’ kuljum nibqa’ hawn f’ħalq l-iljun, sitwazzjoni tkun li tkun.
Tawwalt idi għal bosta snin, illużjoni ta’ telf ta’ ħin
Li ħadt lura kien biss fin,
Xatt mimli ramel ta’ fidda, riħ iwassal deheb ta’ firda,
Xkiel huwa biss dan il-ġid.
L-imħabba kelma kbira wisq, definizzjoni ma ssibilhiex iżda għalija hija int,
Xejn ma jżommni li ta’ kuljum nibqa’ hawn f’ħalq l-iljun, sitwazzjoni tkun li tkun.
Jien ma stajtx insib kliem, jien pruvajt,
Indunajt, li mingħajrek ma ngħixx
B'hekk jien ktibt dan il-kliem, melodija ta ġmiel
B'hekk jien ngħid
L-imħabba kelma kbira wisq, definizzjoni ma ssibilhiex iżda għalija hija int,
Xejn ma jżommni li ta’ kuljum nibqa’ hawn f’ħalq l-iljun, sitwazzjoni tkun li tkun.
Written by: Andrew Vella